L-uffiċjal għoli Russu, Dmitry Kozak wissa dwar il-possibilità li l-Gvern Russu jintervjeni fil-Lvant tal-Ukrajna f’każ illi l-Ukrajna tiftaħ attakk fuq gruppi etniċi ta’ Ukreni li jitkellmu bir-Russu.
Dan il-ġlied bejn ir-ribelli Russi fl-Ukrajna u t-truppi Ukreni ilu għaddej għal snin, tant li r-Russja qed isaħħaħ l-armata tagħha fil-fruntiera mal-Ukrajna.
Kozak qal illi kollox jiddependi fuq l-iskala tal-attakki min-naħa tal-Ukrajna, filwaqt li reġa’ tenna t-twissijiet tar-Russja illi jekk l-kunflitti jeskalaw, dan ikun iffisser il-bidu tat-tmiem għall-Ukrajna.