Il-President Ukren Volodymr Zelensky qal li r-Russja għandha titlaq mill-komunità internazzjonali jekk ma tilħaqx qbil għal paċi.
F’messaġġ permezz ta’ filmat huwa qal li jew it-tmexxija Russa mill-arena internazzjonali għal dejjem jew inkella għandha tfitexx il-paċi.
Huwa qal dan fid-dawl li fl-aħħar siegħat intensifikaw l-attakki fil-Lvant u nofsinhar tal-Ukrajna. Sostna lill-Unjoni Ewopeja għandha twaqqaf l-użu kollhu taż-żejt Russu, dan hekk kif l-istess Unjoni indirettament qed tħallas l-armamenti militari tar-Russja.
Huwa temm billi faħħar u iżża ħajr lill-President Amerikan Biden, dan hekk kif wiegħed li ser jibggħat aktar armi lill-Ukrajna.