Missili Russi laqtu tliet impjanti tal-enerġija fi Lviv, li kkawżaw lil diversi bnadi f’din il-belt fil-Punent tal-pajjiż biex jispiċċaw bla dawl. F’dawn l-attakki ntlaqtu wkoll sitt stazzjonijiet tal-ferrovija.
Dawn l-attakki qed iseħħu fil-jum li l-Unjoni Ewropea mistennija tħabbar sanzjonijiet ġodda kontra r-Russja fejn jidħol iż-żejt u anki s-servizzi bankarji, f’tentattiv biex iżżid iktar pressjoni fuq ir-reġim ta’ Putin. Minkejja dan, għad hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-istati membri dwar il-gravità ta’ dawn is-sanzjonijiet.
L-isforzi għadhom għaddejjin biex jiġu salvati mijiet ta’ persuni li qegħdin maqbudin taħt xogħlijiet tal-azzar fejn daħlu biex jistkennu fil-belt ta’ Mariupol.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI