Uffiċjali Amerikani qalu li r-Russja qed tippjana li tiffabbrika skuża għall-invażjoni fl-Ukrajna, billi twaħħal fil-militar Ukren għal attakk fuq separatisti appoġġjati mir-Russja jew ir-Russja nnifisha.
Waħda mill-għażliet li qed jingħad li qed tikkunsidra r-Russja, hemm dik li tippjana u tiffilmja attakk falz, bi stampi grafiċi ta’ splużjoni li turi numru ta’ nies mejta.
Fi tweġiba, ir-Russja qalet li mhi qed tippjana l-ebda operazzjonijiet jew attakki foloz.
L-Istati Uniti u n-NATO jinsabu mħassba serjament biż-żieda tal-forzi Russi mal-fruntiera mal-Ukrajna.
Sa issa, ir-Russja dejjem ċaħdet li se tinvadi l-Ukrajna u qalet li t-truppi qegħdin hemm biss għall-eżerċizzji.