Il-forzi Russi qalu li waslu biex jieħdu taħt idejhom il-belt Ukrena Bakhmut; fil-fatt, il-merċenarji qalu li r-rotot ’il barra mill-belt huma limitati.
It-truppi Russi ilhom aktar minn sitt xhur jipprovaw jieħdu din il-belt.
Il-kmandant tal-forzi Ukreni li jieħu ħsieb l-istrateġija fuq l-art iltaqa’ mal-kmandanti lokali fil-belt ta’ Bakhmut biex flimkien jaraw kif se jsaħħu l-forzi tagħhom fl-istess belt.
Intant, l-Amerika ħabbret li se tkun qed tibgħat mal-400 miljun dollaru f’armamenti lejn l-Ukrajna.