Kelliem għall-Ministeru għall-Intern Ukren qal li t-truppi Russi daħlu f’Kharkiv, it-tieni l-akbar belt fl-Ukrajna.
Kharkiv tinsab 20 mil biss ’il bogħod mill-fruntiera mar-Russja.
Il-midja internazzjonali rrapportat li dan jista’ jkun żvillupp sinifikanti għar-Russi hekk kif dejjem kienet mira kbira għall-militar Russu.
Jidher ukoll li r-reġjun Kherson, li jinsab fin-Nofsinhar tal-pajjiż, ukoll waqa’ f’idejn ir-Russi.
Intant, f’aħbar oħra, missili laqtu sit għar-rimi tal-iskart radjuattiv fil-belt kapitali Kiev. Ikkonferma dan l-attakk, li seħħ kmieni matul il-lejl li għadda, l-Ispettorat Regolatorju Nukleari Ukren.
S’issa jidher li ma hemm l-ebda theddida ta’ radjazzjoni għal nies li huma barra ż-żona ta’ protezzjoni sanitarja, madanakollu, l-effett tal-bumbardament se jsir aktar tard malli jbattu l-attakki, permezz ta’ apparat speċjalizzat.
Ara wkoll: FORZI RUSSI JISPLODU PIPELINE TAL-GASS FL-UKRAJNA