Qawwiet Russi ħatfu l-akbar impjant nukleari fl-Ewropa.
Il-forzi Russi ħadu l-impjant ta’ Zaporizhzhia fl-Ukrajna wara ġlied li wassal ukoll għal nirien li ġew ikkontrollati.
Pajjiżi Ewropej ikkundannaw dan l-attakk mir-Russja, li fissruh bħala wieħed irresponsabbli.
Il-President Ukren Volodoymr Zelensky qal li dan l-attakk seta’ ħoloq katastofri bħal dak ta’ Chernobyl għal sitt darbiet aktar minn dak li kien seħħ.