Il-poplu Russu qed jivvota dwar riformi kostituzzjonali li jistgħu jippermettu lill-President Vladimir Putin jagħmel żewġ mandati oħra fil-kariga tiegħu.
Il-vot uffiċjali kellu jittieħed fl-ewwel ta’ Lulju, madanakollu, minħabba l-imxija tal-COVID-19, l-awtoritajiet fetħu l-postijiet tal-votazzjoni minn ġimgħa qabel biex jiġu evitati l-folol tan-nies.
Alexei Navalny, li qed jopponi dawn ir-riformi, qal illi jekk ir-Russi jivvutaw favurihom, ikun ifisser li Putin jibqa’ president għal ħajtu. Madanakollu, il-President Russu Putin qal illi dawn ir-riformi se jfissru stabbiltà fil-pajjiż.
Minkejja li Putin ma kkummentax pubblikament li jixtieq jerġa’ jikkontesta għall-elezzjoni tal-2024, huwa sostna li hija kruċjali għalih li jkollu l-faċilità li jagħżel li jerġa’ jikkontesta.