Ir-Russa Maria Efimova mhux se tiġi estradita lejn Malta b’deċiżjoni ta’ qorti fil-Greċja.
Is-sena li għaddiet il-Qorti Maltija ħarġet mandat ta’ arrest fil-konfront tagħha wara li naqset milli titla’ tixhed dwar akkużi ta’ frodi li wettqet fil-konfront tal-Bank Pilatus.
Hija tinsab mixlija wkoll li għamlet rapport falz fil-konfront tal-Pulizija fosthom l-eks Spettur tal-Pulizija Jonathan Ferris.
Fl-aħħar ġimgħat ġew imxejna bosta allegazzjonjiet li saru fil-midja fosthom Efimova li tinsab fiċ-ċentru ta’ kontroversja dwar il-każ Egrant għaddiet xi dokumenti lill-membri parlamentari Ewropew biex issostni l-allegazzjonjiet tagħha.
Huwa mifhum li r-Russa kienet telqet minn Malta f’Ġunju tas-sena li għaddiet bla ma ħallset tal-kera u l-kontijiet pendenti li kellha ma’ sid l-appartament li kienet tgħix fih f’Tas-Sliema.