L-intervista mal-mara Russa li l-blogger Daphne Caruana Galizia u Simon Busuttil qed jibbażaw kampanja elettorali fuqha ħarġet fuq The Malta Independent nhar il-Ħadd li għadda. Issa jirriżulta li l-verżjoni tagħha hija mimlija fatti skorretti.
Sorsi kunfidenzjali li tkellmu ma’ inewsmalta qalu li l-mara applikat għad-dokument ta’ residenza nhar is-7 ta’ April tas-sena li għaddiet, fl-istess jum li applika żewġha, wara li l-impjieg tagħha ma’ Pilatus Bank kien itterminat.
Dan ixejjen dak li qed tgħid, ċioe li huwa tort ta’ Identity Malta li ma’ ngħatatx id-dokument ta’ residenza, u li l-bank inqeda b’dan biex ma jħallashiex.