Il-ħajja personali tan-negozjant David Abela qed tkun ta’ interess kbir lill-Pulizija.
Abela, ta’ 51 sena, instab mejjet mir-Russa Irina Micallef, f’għadira demm, imgeżwer f’liżar u b’idejh u saqajh marbutin bit-tape. Irina kienet omm wieħed mit-tfal ta’ Abela.
Qed ikun irrapportat li r-relazzjoni bejn Abela u Micallef ma kinitx mill-aħjar dan l-aħħar. Micallef qed tkun interrogata b’mod intensiv mill-Pulizija.
F’dan ir-ritratt li Irina tellgħat fuq Facebook, tidher ma’ David Abela f’Awwissu li għadda.
Ir-ritratt t’hawn taħt tellgħatu Irina f’Ġunju li għadda