Mil-lum, l-ewwel ta’ Jannar tal-2025, ir-Rumanija u l-Bulgarija saru membri taż-żona Schengen.
Dan ifisser li madwar 25 miljun resident minn dawn iż-żewġ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom id-dritt li jivvjaġġaw b’mod liberu, mingħajr ma jkun hemm iċċekkjar ta’ dokumenti wara li jaslu f’pajjiż ieħor.
In-negozjati sabiex intlaħaq dan il-pass tal-lum kien ilu għaddej għal snin twal, bin-negozjati bdew fl-2011.
Ix-xahar li għadda, il-Kummissjoni Ewropea approvat li r-Rumanija u l-Bulgarija jkunu parti mix-Schengen mis-sena 2025.
Ritratt: Reuters