Il-Gvern Rumen ħabbar li se jintroduċi lotterija sabiex iċ-ċittadini jmorru jieħdu l-vaċċin.
Kull resident li se jkun imlaqqam kompletament u li se jkollu ċ-ċertifikat tal-vaċċin se jkun jista’ jidħol f’din il-lotterija li se tibda fl-ewwel ta’ Ottubru li ġej.
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif b’kollox se jkun hemm madwar 1,139 ta’ rigali x’jintrebħu li jammontaw għal żewġ miljun u sitt mitt elf sterlina jew ħmistax il-miljun ta’ flus Rumeni.
Se jkun hemm ukoll rigali ta’ kull ġimgħa li għalihom hemm allokati wkoll eluf ta’ ewro.
Dan kollu qed isir minħabba li n-nies f’dan il-pajjiż mhumiex qed imorru jitlaqqmu. Infatti r-Rumanija għandha waħda mill-inqas rati ta’ vaċċinazzjoni fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.