Ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) immarka avvanz importanti fl-impenn tiegħu li joffri l-aqwa edukazzjoni possibbli tal-ibburdjar fi ħdan il-komunità. F’mossa strateġika biex tgħolli l-livell ta’taħriġ fl-iskola tal-ibburjdar tagħha, l-RMYC akkwistat flotta RS Quests.
L-RS Quest, magħrufa għall-versatilità u l-faċilità li wieħed jista jbaħħar biha u tirrappreżenta titjib sostanzjali għall-infrastruttura tat-taħriġ eżistenti tal-RMYC. L-RS Quest huwa dinghy ta’ taħriġ modern li huwa kbir biżżejjed sa 3 baħrin. B’enfasi fuq il-provvista ta’ struzzjoni komprensiva u aċċessibbli, dan l-investiment jenfasizza d-dedikazzjoni tal-Klabb biex irawwem il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ baħrin.
L-introduzzjoni ta’ dawn id-dgħajjes kienet immexxija mill-membru tal-Kumitat tal-Klabb Alex Denisuic, li għandu esperjenza estensiva kemm f’regatti lokali kif ukoll internazzjonali u ra setgħa jara l-benefiċċji li joffri kowċing fuq dgħajjes bħal dawn.
“L-RMYC u l-Iskola tal-Irrburdjar tagħha kontinwament tfittex modi biex jtejbu l-esperjenza tal-ibburdjar għall-membri tagħna u l-komunità,” irrimarka l-Membru tal-Kumitat tal-RMYC Alexandr Denisiuc. “L-akkwist ta’ RS Quests timxi perfettament mal-missjoni tagħna li niżguraw li individwi ta’ kull età u livell ta’ ħila jkollhom l-opportunità li jimpenjaw ruħhom f’dan l-isport. Nieħdu l-opportunità biex nirringrazzjaw lil Gauci Borda għall-appoġġ tagħhom fl-akkwist ta’ dawn id-dgħajjes.”
L-akkwist ta’ dawn id-dgħajjes sar possibbli permezz tal-appoġġ ta’ Gauci Borda, ditta prominenti lokali, li kellha rwol importanti sabiex jiffaċilita l-proċess tax-xiri.
“”Gauci Borda huwa kburi li jappoġġja lir-Royal Malta Yacht Club fl-akkwist tagħhom tad-dgħajjes RS Quest. L-appoġġ mogħti ġej mir-relazzjoni fit-tul li għandna mar-Royal Malta Yacht Club u fit-twemmin tagħna fit-trawwim lejn i-tkabbir ta’ dan l-isport fi ħdan il-komunità tagħna” – Gabriel Pace, rapreżentant ta’ Gauci Borda
Il-flotta tal-RS Quests se tippermetti lill-RMYC Sailing School toffri firxa iktar kbira ta’ programmi mfassla għal dawk li m’ghandhomx esperjenza, dawk li għandhom livell intermedju u avvanzat.