Ir-Royal Malta Yacht Club ġie ordnat biex jevakwa mil-lido ta’ Tax-Xbiex hekk kif il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri ddikjarat li l-klabb ma kellux titolu legali fuq il-post.
Dan wara li l-Assoċċjazzjoni Maltija għall-Playing Field kienet ippreżentat każ u argumentat li l-Assoċjazzjoni kienet ingħatat ċens tas-sit għal 49 sena mill-Gvern fl-2002. Aktar tard, fl-2008, l-art ġiet esproprjata mill-Gvern u ngħatat lir Royal Malta Yacht Club.
Fl-2015 l-assoċjazzjoni kienet ikkontestat fil-Qorti il-validità tal-esporprazzjoni, liema każ kienet rebħet.