Ir-Robot Amerikan, bl-isem ta’ Perseverance u li bħalissa jinsab fuq Mars beda l-ewwel vjaġġ tiegħu ta’ esplorazzjoni mindu niżel fil-pjaneta l-ħamra madwar ġimagħtejn ilu.
Ir-rover li jiżen madwar tunnellata, iċċaqlaq għal vjaġġ qasir ta’ madwar sitt metri u nofs
Ix-xjentista tan-NASA fuq dan il-proġett storiku, Katie Stack Morgan qalet li bħalissa r-rover qed jagħmel ħafna testijiet fuqu nnifsu.
Ir-rover huwa mistenni li jivjaġġa total ta’ 15-il kilometru fl-ewwel sena tiegħu f’Mars. Sena f’Mars hija madwar sentejn fid-dinja tagħna.