Kollox jinsab lest biex is-Sibt filgħaxija tittella’ edizzjoni oħra ta’ Rockestra li se tlaqqa’ l-orkestra filarmonika nazzjonali mal-mużika rock taħt it-tinda tal-MFCC f’Ta’ Qali.
Id-direttur artistiku ta’ Rockestra, Paul Borg Bonaci qal li dawk kollha li se jattendu għandhom jistennew spettaklu mill-aqwa.
Huwa ħeġġeġ lill-udjenza biex tqum minn fuq is-siġġu, tiżfen u tkanta għax qalilna li dawn se jkollhom sehem importanti fil-kunċert.
Mingħajr ma żvela ebda sorpriża Borg Bonaci qal li din is-sena, il-kunċert se jara wkoll is-sehem ta’ żewġ kantanti internazzjonali.
Huwa stqarr “Is-sorpriżi.. mhux se ngħidhomlok. Imma ħaġa li għamilna, daħħalna wkoll element ta’ nies internazzjonali, jiġifieri kantanti internazzjonali, li għandna lil Marcus u lil Steve Meli. Steve Meli forsi għal min ma rahx huwa bniedem illi kien suċċess kbir f’’The Voice of Australia’ ‘ over a million of views. Marcus huwa bniedem li ġej mill-West End u mix-xena, anke għandu band tiegħu Rock ukoll.”
Markus Neugebauer huwa rocksinger, attur u ipnotista. Huwa kiseb popolaritá kbira meta l-kanzunetta tal-band tiegħu ‘FreiRaum5’ spiċċat għamlitha mal-ewwel 40 fuq VIVA u mal-ewwel għaxra fuq GOTV.
ONE News tkellem ma’ Markus li stqarr magħna li jħossu privileġġjat li se jieħu sehem f’din l-attività b’għan nobbli.
Huwa sostna li “ I feel really priveleged and honoured to stay on stage with those great orchestra and with the band. I was… Yesterday I had the rehearsal, the first rehearsal with the band on stage. It is a huge stage and it’s a really good vibe there. I’m the first time here in Malta and I really love that. I love the sea, I love the weather, the people are really nice and open hearted.”
Intant il-Ħamis żar il-mużiċisti tal-orkesta l-President ta’ Malta George Vella