Ir-rock band Brittanika Coldplay għada kif kisret ir-rekord bħala l-aktar rock band ta’ suċċess fix-xena rock.
Coldplay, hi magħmula mil-pjanist u kantant Chris Martin flimkien ma numru ta’ bandisti oħra li flimkien produċu madwar 40 kanzunetta oriġinali.
Coldplay llum qed jduru d-dinja fosthom pajjiżi fl-Ewropa, l-Asja kif ukoll fit-tramuntana u l-lvant tal-Amerka fuq tour dinji.
Skont kumpanija ‘billboard’, li tiġbor id-dejta minn dawn l-kunċerti jidher li it-tour tagħhom għamel madwar $945.7 miljun kif ukoll nbiegħu madwar 8.8 miljun biljett sa mill bidu tal-avventura lura f’Marzu tal-2022.
Dan kollu poġġa lill-Coldplay bħala l-aktar rock band li biegħet biljetti u daħlu flus sa minn mindu ilhom jiġu mistħarrġa dawn l-avveniment.
Ġie żvelat ukoll li sal-aħħar tat-tour, il-grupp mistenni jbiegħ mal-10 miljun biljett.