Il-Kummissarju Elettorali Ewlieni, Joseph Church preżenta r-riżultat uffiċjali tal-ewwel għadd tal-voti tal-elezzjoni ġenerali 2017 lil President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca. Dan qabel ma ssir il-ħatra tal-ġurament tal-Prim Ministru fis-sala tal-Ambaxxaturi. Skont Artiklu 80 tal-Kostituzzjoni, l-President ta’ Malta għandha s-setgħa li taħtar Prim Ministru.
Ritratti: DOI