“Ovvjament it is very good news għalina li Malta laħqet dan il-livell ta’ surplus, hija xi ħaġa li konna ilna naspiraw għalih u issa fl-aħħar wasalna.”
Hekk ikkummentat id-Direttur tal-GRTU, Abigail Mamo, dwar il-fatt li s-sena li għaddiet Malta kellha surplus ta’ mitt miljun ewro. Tkellmet dwar kif din hija kisba li ħadmu għaliha l-gvern u s-settur privat. “Ovvjament il-Gvern mexa b’direzzjoni tajba biex wasalna li llum il-ġurnata għandna surplus pero’ ovvjament dan ma kienx biss il-Gvern, is-settur privat li kellu rwol importanti fiha din u anke l-Gvern li jkolli attitudni pro-business u li jinkoraġġixxi lis-settur privat jinvesti u jinvesti fl-ekonomija tagħna ovvjament iwassal għal surplus,” żiedet tgħid Mamo.
Għan-negozji żgħar u medji din hi kisba importanti.
“Min-naħa tan-negozju ovvjament jinħoloq kemm b’mod reali u anke bħala feel good factor, il-konsumatur iħossu li jista’ aktar jagħmel ċertu spejjeż, tinħoloq ċertu atmosfera fl-ekonomija li tkun pożittiva u ovvjament il-business jibbenefika minnha u wkoll la darba għandna surplus. Ċertu investimenti li qabel konna noqgħodu attenti nagħmluhom li l-ekonomija għandha bżonnhom issa llum il-ġurnata jistgħu jsiru pero’ having said this, aħna nħobbu nkunu daqsxejn kawti, veru llum għandna surplus pero’ ‘l quddiem l-ekonomija jista’ jkun ma tibqax mixja b’ritmu pożittiv li għandha llum il-ġurnata. Jiġifieri wieħed irid jaħseb ukoll for a rainy day u naraw li ċertu affarijiet xorta nibqgħu daqsxejn kawti u l-infieq tagħna jkun ibbilanċjat,” temmet tgħid ir-rappreżentant tal-GRTU