Gabi Calleja hija l-koordinatur tal-Malta Gay Rights Movement. Fl-ewwel jum ta’ din is-sena, staqsejna dwar ir-riżoluzzjonijiet għas-sena li għadha tibda.
1.X’taħseb fuq ir-riżoluzzjonijiet?
Naħseb li tajjeb li jkollok miri fil-ħajja, mhux għax naħseb li dawk li tagħmel fl-ewwel tas-sena żżommhom.
2.Żammejt mar-riżoluzzjonijiet li għamilt fil-bidu tal-2016?
Fil-verità, lanqas niftakar x’għamilt u x’m’għamiltx jiġifieri l-memorja tiegħi hija agħar naħseb, diffiċli niftakar dak li ħsibt sena ilu. Iċ-ċansijiet huma li le.
3.X’riżoluzzjonijiet se tagħmel għas-sena 2017?
Naf li ħa tkun sena pjuttost impenja ttiva allura r-reżoluzzjoni hija li kemm jista’ jkun insib ftit ħin fejn inkun mal-mara tiegħi u nkun nista’ nirrilassa ftit.