Fuq il-midja soċjali d-Deputat Nazzjonlista Edwin Vassallo qal li r-riżenja tad-deputati li sfiduċjaw lil Adrian Delia hija inevitabbli, speċjalment jekk il-proċess li nbeda din il-ġimgħa jkompli. Hawnhekk semma r-rikonċiljazzjoni.
Edwin Vassallo, wieħed mill-ħdax-il deputat li baqgħu leali lejn Delia u vvutaw favurih kompla ma’ dak li qal il-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo u qal li kull deċiżjoni għandha prezzha.