Ir-ritratt famuż li juri żewġ infermiera Maltin mit-Taqsima tal-Kura Intensiva li ttieħed fi żmien il-Covid-19, se jkun il-wiċċ il-ġdid fuq il-munita kommemorattiva tat-€2.
Żvela dan il-Bank Ċentrali fejn qal kif din se tkun qed issir bħala dedikazzjoni għal-eroj kollha ta’ żmien il-pandemija.
Fir-ritratt kienu jidhru iż-żewġ infermiera, Doreen Zammit u Charmaine Cauchi, f’tgħanniqa, b’għajnejhom mgħaluqin u mlibbsin minn rashom sa saqajhom b’ilbies protettiv kontra l-Covid-19.
L-istess ritratt kien ġibed l-attenzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa hekk kif xahar wara li ttieħed intgħażel bħala kommemorazzjoni tas-Sena Dinjija għall-Infermiera u l-Qwiebel.
Ritratt: Times of Malta