Ir-rivista Playboy ħabbret li se terġa tibda tippublika ritratt ta’ mudelli għarwenin. Is-sena li għaddiet kienet iddeċidiet li tneħħi dawn it-tip ta’ ritratti. Cooper Hefner, responsabbli mill-aspett kreattiv tar-rivista, ħabbar li d-deċijoni li jlibbsu l-għarwenin kienet żball totali.
Permezz ta’ tweet ħabbar li Playboy se jieħu l-identità tiegħu lura. Fl-istess waqt qed jippromwovu l-hashtag #NakedIsNormal.
Ir-reazzjonijiet, kif jiġri dejjem, kienu mħallta. Min feraħ bil-fatt li se jkollu festa ta’ għarwenin għad-disponibilità tiegħu, u min qal li hija sfortuna li materjal pornografiku (hemm dibattitu jissejjaħx hekk) huwa faċli wisq biex taċċessah.