Il-Knisja ħabbret li waqqfet il-funzjonijiet reliġjużi kollha, inkluż il-Quddies ta’ funeral. Għaldaqstant is-saċerdot ser imexxi r-rit tat-tberik tal-fdalijiet fiċ-ċimiterju, peress li dan huwa post fil-miftuħ, fil-preżenza tal-qraba l-aktar stretti.
Is-saċerdot imbagħad, fil-privat, joffri Quddiesa b’suffraġju għal ruħ il-mejjet.