Ir-ristorant Le GV f’Tas-Sliema l-unur prestiġjuż bl-istilla tal-Michelin wara li ġie rikonoxxut għall-ewwel darba waqt l-edizzjoni tal-gwida għal Malta għall-2025.
Ir-ristorant ION Harbour żamm żewġ stilel prestiġjużi tal-Michelin u sitt ristoranti oħra ġew rikonoxxuti bi stilla waħda.
Dan l-avveniment jirrikonoxxi t-talent eċċezzjonali tar-ristoranti Maltin li jkomplu jsawru l-pajsaġġ kulinari ta’ Malta.
Le GV f’Tas-Sliema ngħaqad ma’ De Mondion, Rosamì, Under Grain, Noni, u Fernando Gastrotheque, li kollha żammew l-istilla tal-Michelin.
Carlo Micallef, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, tenna li dawn it-talenti jsaħħu l-pożizzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni b’ikel bnin u tajjeb.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg enfasizza l- importanza ta’ dawn ir-rikonoxximenti fl-istrateġija ta’ Malta lejn l-eċċellenza fl-ospitalità u turiżmu, bi kwalità ogħla u esperjenzi awtentiċi għall-viżitaturi