Ir-ristorant Capo Mulini ċaħad kategorikament li tpoġġa xi tagħmir li jirrekordja jew qatt kien hemm dan it-tagħmir fil-kmamar tat-toilet u li ntużaw għal attivtajiet illegali.
Permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ Facebook tar-ristorant, li tellgħet it-Tlieta waranofsinhar, ġie miċħud ukoll illi ttieħdu mal-14,000 ritratt jew li Capo Mulini jew impjegati li jaħmdu fir-ristorant huma fil-pussess ta’ dawn ir-ritratti.
Din iċ-ċaħda saret wara li l-espert fit-teknoloġija, Martin Bajada, irrimarka li madwar 14,000 ritratt ġew irkuprati minn kamera li allegatament kienet moħbija fit-toilet tan-nisa fir-ristorant li jinsab f’Marsaxlokk.
L-espert tal-Qorti sostna dan waqt li kien qed jixhed f’seduta tal-Qorti.