Ir-ripatrijazzjoni għal dawk il-barranin f’Malta u li jixtiequ jirritornaw lura lejn pajjiżhom ġiet estiża sal-għaxra ta’ Mejju li ġej.
Din l-għajnuna qed tingħata liċ-ċittadini kollha Ewropej u barranin oħra li huma ċittadini ta’ pajjiżi barra mill-Ewropa, li għal xi raġuni jew oħra, fosthom xogħol, edukazzjoni jew turiżmu jinsabu bħalissa f’Malta.
Barranin oħra li m’għandhomx dokument ta’ residenza huma wkoll intitolati għal din l-għajnuna.
Sal-ġimgħa l-oħra, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għen madwar erba’ t’elef u seba’ mitt persuna li ġew ripatrijati lejn pajjiżhom minn Malta.
Dawk kollha li jixtiequ jdaħħlu l-applikazzjoni tagħhom, jistgħu jagħmlu dan mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-tmienja ta’ filgħodu u l-ħamsa ta’ filgħaxija jew jibgħatu email fuq repatriation.mfea@gov.mt