Ma kinitx xi ħaġa faċli li l-programm ta’ rilokazzjoni jsib siequ. Kellu jgħaddi żmien mhux ħażin sakemm kulħadd jaqbad art u jifhem aħjar l-irwol tiegħu.
Esperjenza dan il-case worker Malti Luca Caramagna, li hu stazzjonat l-Italja, bħala parti mill-proġett ta’ rilokazzjoni li qed tmexxi l-Unjoni Ewropea.
Caramagna fisser kif issa l-programm qabad ritmu tajjeb u spjega l-isfidi li ltaqa’ magħhom.