It-Tnejn filgħaxija bdew is-sessjonijiet ta’ Gvern li Jisma fil-Berġa ta’Kastilja. Bl-ewwel sessjoni tkun mill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi ż-żgħar Chris Cardona.
Il-Ministru Cardona qal lill-pajjiz sejjer tajjeb għaliex il-poplu għandu iżjed flus fil-but. Huwa qal li t-tkabbir ekonomiku għandna ntuh iżjed sinifikat personali fosthom permezz t’aktar postijiet tax-xogħol.
Huwa elenka l-fatt li diversi agenziji internazzjonali qalu li Malta rnexxielha tikseb l-akbar investiment, kien hawn li semma wħud mill-akbar investimenti li saru, fosthom l-investiment ta’30 miljun mill-Playmobil, 33 miljun fis-Safi Aviation Park u l-InvestmentMalta ta’ 55 miljun ewro fl-Eks Shipbuilding ta’ Malta u diversi nvestimenti oħra.
Il-Ministru Chris Cardona qal li r-riżultati li qed niksbu huma frott tad-direzzjoni tajba li qabad dan il-pajjiż sa mill-bidu ta’ dan il-Gvern.
Dwar il-Crafts Village huwa qal li dan il-Gvern irnexxielhu jikkonvinċi l-Kumissjoni Ewropea sabiex jikseb fondi għal dan il-progett li ilhu mwieghed dawn l-aħħar 30 sena.
Il-Gvern flimkien mal-Ministeru ser ikomplu jaħdem biex jinkiseb aktar investiment biex in-negozji jkomplu joħolqu iżjed postijiet tax-xogħol.
Huwa spjega kif il-progett tal-White Rocks daqt jibda u li se jkun wieħed ta’ livell ogħli.
Il-Ministru Cardona tkellem ukoll dwar ir-rilokazzjoni tal-monti tal-Belt Valletta, huwa qal li din ser issir fil-ġimgħat li ġejjin għal triq l-Ordinanza, fil-parti opposta tal-Parlament. Iktar minn nofs il-bejjiegħa bbenefikaw mill-iskema tal-Gvern biex jirtiraw il-permess tagħhom u eventwalment ma jibqawx jarmaw.
Madankollu l-Gvern daħal fi ftehim mal-bejjiegħa li ħa jibqaw jarmaw li dawk irid ikollhom bankarela simili u ta’ kwalita’ b’tabelli informattivi fuqhom. Ser isiru wkoll diversi spezzjonijiet biex tkun assigurata livell ta’ kwalita.
Il-Ministru Chris Cardona qal li l-ġid per capita qed jiżdied u t-tkabbir ekonomiku li qed jagħmel dan il-gvern diġa qed jinħass.