Jekk din id-dgħajsa, li tinsab Birżebbuġa, hi tiegħek jew forsi taf ta’ min hi, jeħtieġ li tmur għaliha jew tavża lil min hu kkonċernat hekk kif jidher li din inqelbet kawża tar-riħ li qed jagħmel.
Jidher li l-maltemp li ħakem lil Malta f’dawn l-aħħar jiem qed iħalli l-effetti tiegħu fejn bosta qed jaqsmu ritratti tal-maltemp, tal-mewġ u xenarji minn madwar Malta u Għawdex fuq is-sit soċjali Instagram, b’bosta mir-ritratti juru l-baħar imqelleb f’żoni bħal Tas-Sliema u l-Belt Valletta.