Il-lejl li għadda persuna jew persuni għamlu ħsara f’diversi duri li jinsabu fir-Riżerva tal-Kaċċa tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ġewwa l-Miżieb.
Fi stqarrija l-FKNK qalet li din mhix l-ewwel darba li twettqu atti ta’ vandaliżmu ġewwa l-Miżieb, “u għalhekk forsi wasal iż-żmien li jkun ikkunsidrat li r-Riżerva, li minn dejjem tħallit miftuħa għall użu rekreattiv tal-pubbliku ġenerali, bħal pikniks, mixjiet, ċikliżmu, ‘re-enactments’, eċċ., issa jingħalaq kif inhuma magħluqa riżervi oħra amministrati minn entitajiet oħra”.