F’laqgħa bejn il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis u l-Kamra tal-Avukati ġew diskussi l-ħatra u t-tneħħija tal-ġudikanti u r-riforma tal-istess ġudikanti.
Intqal li dwar dawn it-temi dejjem għandna nħarsu lejn ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li r-riforma tal-ġudikanti hija priorità assoluta u saħaq li se jkun qed jaħdem id f’id mal-Kamra tal-Avukati biex jinstab l-aħjar metodu fl-iqsar żmien possibbli.
Tenna l-impenn tal-Gvern li jara biex kull min jidħol il-Qorti jkun fiċ-ċentru tat-tibdil li jseħħ.
Il-Kamra tal-Avukati semmiet l-importanza li tgħaddi l-liġi dwar ir-regolarizzazzjoni tal-professjoni legali u l-Ministru wiegħed li din se tingħata importanza wara li jiġu mgħarbla l-punti kollha li jolqtu l-partijiet involuti.