“Ma nistgħux nagħlqu għajnejna għal dawk li qed jabbużaw mill-inkjesti.” Hekk intqal mill-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm ‘XTRA’ fuq ix-xandir nazzjonali, f’dibattitu mas-Segretarju Ġenerali caretaker Nazzjonalista Michael Piccinino.
“Kulħadd irid ikun kontabbli ta’ għemilu, kulħadd irid jaffaċċja l-ġustizzja u dak li hemm bżonn jiġi investigat, isir inkjesta dwaru, għandha ssir inkjesta dwaru u mill-banda l-oħra ma nistgħux nagħlqu għajnejna għal sitwazzjoni, fejn bl-aktar mod evidenti, għandna faxxa estremista f’dan il-pajjiż li qed titlob inkjesti b’mod abbusiv.”
Il-Ministru Jonathan AttardREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru Attard enfasizza li b’din ir-riforma, li kienet imwegħda fil-manifest elettorali, l-Gvern mhu se jmiss l-ebda dritt taċ-ċittadini, waqt li jassigura li l-inkjesti ma jkunux arma ta’ persekuzzjoni.
Is-Segretarju Ġenerali caretaker tal-Partit Nazzjonalista kompla bl-attakk fuq l-istituzzjonijiet.
“Il-Kummissarju tal-Pulizija m’għamel xejn.”
Michael Piccinino, Segretarju Ġenerali Caretaker tal-PN
Tul il-programm, is-Segretarju Ġenerali caretaker Nazzjonalista interrompa kemm-il darba u l-preżentatur anke ġibidlu l-attenzjoni.
Tini ċans. Tani ċans.”
Saviour Balzan
Il-Ministru għall-Ġustizzja nnota li, fil-Qorti, wieħed għandu jiftaħ l-inkjesti b’evidenza u mhux b’għajdut. Każ ċar li ħarġet mis-sentenza fil-konfront ta’ Robert Aquilina, ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.
“L-unika nies li xekklu l-ġustizzja, taf min kien? L-għaqda Repubblika u dan ġie kkonnizzat mill-Qorti, sewwa, fejn il-Maġistrat Nadine Lia qalet b’mod ċar li l-leakages li seħħew, li huma illegali, huma oskuraw il-ġustizzja b’dak il-proċess. Jiġifieri bir-rispett kollu, ma niġux hawn nissimplifikaw. Il-Prim Ministru qed jassumi r-responsabbilità ta’ Prim Ministru, fejn għandek sitwazzjoni, fejn qed ikun hemma attakki sistematiċi fil-konfront tal-esponenti tal-Gvern u qed jgħid bl-attakk mod ċar li dan l-attakki sistematiċi b’abbuż tal-proċedura, mhumiex it-tollerati.”
Il-Minstru, Jonathan Attard