Ir-riforma fl-inkjesti proposta mill-Gvern mhux biss se tara li ssir ġustizzja ma’ dawk li jiġu akkużati mingħajr ebda ħtija, iżda wkoll ma’ dawk il-persuni li jisfaw vittmi ta’ mwiet, bħal fil-każ ta’ aċċidenti.
Dan permezz ta’ ħolqien ta’ sezzjoni ġdida fi ħdan il-maġistratura, li tispeċjalizza fl-inkjesti inklużi b’esperti tekniċi, persuni legali u ufficjali amministrattivi.
Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard irreaġixxa, permezz ta’ post fuq Facebook dwar każ partikolari rrapportat mit-Times, fejn il-ġenituri baqgħu fl-għama dwar il-mewt ta’ binhom kawża ta’ aċċident.
Spjega kif ir-riforma proposta hi neċessarja anke għal dawn ir-realtajiet kiefra u wieħed irid jara li, b’rispett lejn l-integrità tal-inkjesta, il-qraba tal-vittma jkunu jafu fiex waslet inkjesta.
Hu fakkar kif il-Gvern, b’kuraġġ, għadda mid-diskors għall-fatti, inkluż bil-ħatra ta’ erba’ maġistrati addizzjonali ffokati fuq l-inkjesti.