Ir-riforma dwar l-inkjesti proposta mill-Gvern se tibda tiġi diskussa fil-Parlament mill-ġimgħa d-dieħla, fl-ewwel seduta tal-Parlament, nhar it-Tlieta.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista, li kienet indirizzata mill-Ministru Jonathan Attard u s-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield.
Il-Ministru Attard qal li din id-deċiżjoni ttieħdet waqt il-Grupp Parlamentari li sar il-Ħamis waranofsinhar.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/06160810/PL-Presser_06-02-25-1024x683.jpeg)
Dwar din ir-riforma, Dr Attard qal li din hi bidla kuraġġjuża u ntqal li din se tagħmel progress fid-drittijiet taċ-ċittadini, waqt li anki ttiha aktar responsabbilità, waqt li anki se tagħti salvagwardji lill-vittmi u l-familji tagħhom. Din ir-riforma kienet tħabbret fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista ‘Malta Flimkien’.
Il-Ministru Jonathan Attard spjega li din ir-riforma tingħaqad ma’ passi oħra li ħa l-Gvern, anki biż-żieda rekord fil-Korp tal-Ġudikatura.
Dr Attard qal li l-Partit Nazzjonalista u l-fergħa estremista tiegħu qed jigdeb meta jgħid li se jitneħħa d-dritt ta’ ċittadin li jiftħu inkjesta privata. Dan filwaqt li dan il-proċess ġie elevat għal quddiem Imħallef.
Ġie nnotat l-aġir tal-Avukat tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, Edward Debono, li qal li issa ma jistgħux jiftħu inkjesta fuq għajdut li jingħad minn tizju f’każin.
Is-Segretarju Parlamentari Bedingfield qal li l-Gvern fid-dibattitu Parlamentari se jara li din ir-riforma se tidħol fis-seħħ.
Intqal li b’din ir-riforma ntqal li l-Qorti se tkun aktar imparzjali fil-konfront ta’ kulħadd. Permezz ta’ din ir-riforma se jitneħħa l-abbuż minn din is-sistema preżenti.
Qal li l-Partit Nazzjonalista dejjem hu kontra kull riforma li jipproponi l-Gvern. F’dan il-każ, qabel biss ħarġu d-dettalji dwar din ir-riforma, il-Partit Nazzjonalista diġà kien kontra. Wara li t-tħabbru d-dettalji, il-Partit Nazzjonalista żied fl-attakki tiegħu, fosthom mill-Avukat tal-Kap Nazzjonalista.
Intqal li l-Partit Nazzjonalista hu komdu li wara li jisimgċu għajdut imorru jiftħu inkjesta għand il-Maġistrat tal-għażla tiegħu.
Is-Segretarju Parlamentari Bedingfield semma kif bħala parti minn din l-inkjesta se jidħlu fis-seħħ timelines, sabiex il-Qorti tkun aktar effettiva.
Ir-riforma hi meħtieġa biex pajjiżna jkollu sistema ġudizzjarja bilanċjata u ġusta.