Ir-ribelljoni tas-Sibt, mill-forza Merċenarja Wagner, kienet sfida għall-istabbilità fir-Russja.
Kien dan il-kliem tal-Prim Ministru Russu, Mikhail Mishustin, li saħaq li r-Russja għandha tibqa’ maqgħuda wara l-President Vladimir Putin.
Il-Ministru għad-Difiża ta’ Moska, Sergei Shoigu, deher fuq it-televiżjoni tal-istat, jagħmel żjara lit-truppi li qed jiġġieldu fl-Ukrajna.
Il-kap tal-Wagner, Yevgeny Prigozhin, kien appella għar-riżenja ta’ Shoigu.
Aktar tard , Prighozin abel li jitlaq mir-Russja u jmur il-Belarus, wara li irtira t-truppi. Bħalissa, għadu mhux magħruf fejn dan jinsab.
Il-midja Russa qalet li l-proċeduri kriminali kontra Prighozin għadhom miftuħa, minkejja li l-Kremlin qalet li dawn se jaqgħu.
L-Amerika qalet li din kienet sfida diretta għal Putin, li żvelat dgħjufijiet fit-tmexxija tiegħu.