Il-forzi ribelli f’Damasku ddikjaraw li s-Sirja hija ħielsa u li l-President Bashar al-Assad ħarab mill-pajjiż.
Rapporti internazzjonali qalu li l-President qabad titjira għal destinazzjoni mhux magħrufa. Intant il-Prim Ministru Sirjan, Mohammed Ghazi al-Jalali, qal li ma jafx fejn jinsab.
Filmati mhux verifikati maqsuma fuq il-midja soċjali juru eluf ta’ ħabsin inħelsu mill-ħabs magħruf ta’ Saydnaya – fejn l-avversarji ta’ Assad ġew ittorturati.
Il-mexxej ta’ Hay’at Tahrir al Sham, Abu Mohammed al Jolani ħabbar li l-grupp se jitkellem fuq il-mezzi tax-xandir Sirjani fil-ħin li ġej.