Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) ħabbar li beda jirċievi applikazzjonijiet għall-Iskema ta’ apparat għall-ilma tal-vit, b’għotja ta’ 60% għal dawk li jixtru filtri tal-karbonju attivat (activated carbon filters) għad-djar.
Il-massimu tal-għotja għal kull applikazzjoni hu ta’ €100.
Għall-konsumaturi interessati f’sistemi iżjed elaborati, ir-REWS toffri żewġ skemi oħra – RO Wave b’għotja ta’ 15.25% (sa €100) fuq ix-xiri u l-installazzjoni u RO Recycle b’għotja ta’ 40% (sa €300) għal reverse osmosis b’wastewater ritornat fil-ħażna tal-ilma residenzjali għall-użu mill-ġdid.
Il-konsumaturi interessati huma mħeġġa jirreferu għal-linji-gwida lill-applikanti, li jipprovdu assistenza pass pass ta’ kif għandha timtela l-formola tal-applikazzjoni u kif jiksbu għotja fuq installazzjonijiet għall-apparat għall-ilma tal-vit.
Il-linji-gwida jinsabu fuq il-websajt tar-REWS billi jidħol fis-sit uffiċjali tal-entità governattiva.
L-investiment f’apparat għall-ilma tal-vit għad-dar mhux biss hu għażla sostenibbli imma wkoll soluzzjoni fl-iffrankar tal-flus.
B’sempliċi filtru tal-karbonju attivat, il-konsumaturi jistgħu jgawdu minn ilma tajjeb u sigur direttament mill-vit tagħhom, u allura tiġi eliminata l-ħtieġa ta’ ilma fil-fliexken tal-plastik li jintużaw darba biss.
Mistoqsijiet relatati jistgħu jsiru lil servizz.gov fuq il-Freephone 153.
Dawn huma l-filtri differenti li jeżistu u li wieħed jista’
jinstalla fid-dar:
