Ir-rettur tal-katidral ta’ Notre Dame, il-Monsinjur Patrick Chauvet qal li għad hemm 50% ċans li l-istruttura ta’ dan il-katidral ma’ jsalvax. Dan iċ-ċans huwa minħabba l-iscaffolding li ttelgħa qabel l-ħruq, li seħħ ftit tax-xhur ilu, li jista’ jaqa’ minn ħin għall-ieħor.
Monsinjur Chauvet qal li x-xogħol ta’ restwar mhux se jibdew qabel l-2021. Huwa qal li jħossu mnikket li din is-sena dan il-Katidral ma segħtetx issir il-Quddiesa tal-Milied, bħal ma jsir issoltu. Quddiesa li kienet ilha ssir f’dan il-katidral prestiġjuż mir-Revoluzzjoni Franċiża.
Huwa qal kif dan ix-xogħol ta’ restwar għandu jdum madwar tliet snin, bil-President Franċiż Emmanuel Macron qal li dan li x-xogħol fuq dan il-katidral għandu jitlesta’ sal-2024. Is-sena meta l-kapitali Franċiża se tospita l-Olimpjadi ta’ dik is-sena.