Residenti tal-bini li ġġarraf il-ġimgħa li għaddiet fi Florida, kienu kienu ġew infurmati b’ittra ta’ twissija f’April li għadda, li l-ħsara strutturali marret għall-agħar. Din intbagħtet mill-Assoċjazzjoni tal-Bini.
Intant, diġà nfetħu kawżi legali dwar id-diżastru fatali li ħalla minn tal-inqas 12-il persuna mejta b’149 oħra għadhom irraportati nieqsa. L-Assoċjazzjoni tal-Bini fost l-oħrajn qed tiġi akkużata b’negleġenza.