It-Tnejn filgħodu, ir-residenti tad-Dar tal-Providenza bdew jirċievu l-ewwel dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jitlaqqmu numru ta’ persuni b’diżabilità f’diversi djar tal-Aġenzija Sapport.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Sapport Ruth Rose Sciberras kienet spjegat li l-persuni b’diżabilità kienu fost l-aktar li ntlaqtu mill-pandemija u t-tilqima ser joffri serħan il-moħħ.
Sa Marzu li ġej mistennija jitlaqqmu biż-żewġ dożi, ’il fuq minn disa’ mitt persuna fi ħdan is-settur tal-persuni b’diżabilità.