Ir-residenti f’Sydney sebħu b’foga u duħħan kbir madwarhom hekk kif numru ta’ bushfires qed jaqbdu fir-reġjun.
Dan wassal biex il-livelli tal-kwalità tal-arja fl-ikbar belt fl-Awstralja ġew iddikjarati bħala perikolużi ħafna.
Uffiċjali tas-saħħa avżaw biex in-nies jibqgħu ġewwa u jevitaw kwalunkwe tip ta’ attività fiżika barra sakemm jonqos id-duħħan, li huwa stmat li se jibqa’ f’Sydney għal numru ta’ jiem.
Huma madwar ħames miljun ruħ, il-persuni li jgħixu fil-kapitali tal-istat ta’ New South Wales, li issa ilu għal numru ta’ ġimgħat maħkum minn nirien.
6 persuni mietu fil-bushfires mindu bdew in-nirien f’Ottubru.
Ritratt: BBC News