Kif qed jiġri Ħadd wara Ħadd, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ssokta bil-kampanja negattiva tiegħu dwar pajjiżna, iżda fid-dagħdiha li jinsab fiha ma jsemmiex lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna hija ta’ pajjiż li għandu surplus fil-finanzi tiegħu u li jqassam lil min jiflaħ l-inqas. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Il-PL spjega li huwa ironiku li Delia tkellem fuq ir-rapport tal-EBA, liema rapport kien hemm risposta għalih mill-FIAU, u bħala eżempju jġib persuni li ma jħallsux il-VAT. Minn tant eżempju kellu jitkellem fuq każ li kien ilu jikser snin u li fuqu għad hemm il-mistoqsijiet kif irregolarizza ruħu.
L-istqarrija tgħid li filwaqt li Delia se jibqa’ jdoqq l-istess diska negattiva dan il-Gvern se jkompli jikseb aktar rizultati bħal ma kienu dawk mill-Unjoni Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mat-tkabbir ekonomiku, liema rizultati qed ifissru aktar għajnuna lill-familji Maltin u Għawdxin fosthom l-anzjani li għal darba oħra se jkunu qed jieħdu żieda oħra fil-pensjonijiet kif ħabbar il-Prim Ministru stess dalgħodu.