Is-Senat tal-Istati Uniti ċaħad il-proposta mill-kamp Repubblikan biex tkun revokata l-liġi fuq il-kura tas-saħħa li kien daħħal l-eks President Barack Obama, mingħajr tidħol oħra minflokha.
B’ħamsa u erbgħin vot favur u ħamsa u ħamsin vot kontra, din il-votazzjoni waslet għat-tieni telfa għar-Repubblikani li qed jimmiraw li jgħaddu liġi din il-ġimgħa.
Il-votazzjoni saret jum wara li s-Senat irrifjuta pjan biex titneħħa u tkun mibdula l-istess liġi bi pjan Repubblikan.
Issa s-Senaturi se jikkunsidraw pjan li huwa mmirat li jelimina aspetti mhux daqstant popolari tal-liġi magħrufa aħjar bħala Obamacare.
Fost dawn hemm il-mandat individwali li permezz tiegħu l-Amerikani kollha għandhom ikollhom assigurazzjoni tas-saħħa u kif ukoll taxxa fuq l-apparat mediku.