Ir-Repubblikani fis-Senat Amerikan imblokkaw liġi li permezz tagħha kienet se tingħata għajnuna finanzjarja u umanitarja lill-Ukrajna, Iżrael u Gaza.
Dan peress li m’għaddietx tagħhom għal kompromess rigward is-sigurtà mal-fruntieri.
Il-pakkett finanzjarju kien jinkludi 110 biljun dollaru, li 61 biljun minnhom kienu sejrin għall-Ukrajna.
Ir-Repubblikani qalu kif dawn il-flus jistgħu jintużaw biex jissaħħu r-riformi dwar il-migrazzjoni u l-ażil fl-Istati Uniti.
B’reazzjoni għal dan, il-White House qalet kif il-fondi tal-Amerka għall-Ukrajna daqt jispiċċaw.
Ritratt: AP