Ir-Repubblikan Kevin McCarthy ġie elett Speaker għall-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti kmieni dalgħodu wara battibekki kbar fosthom minn Rappreżentanti tal-istess partit.
McCarthy rebaħ il-vot b’maġġoranza minima ta’ erba’ voti wara l-15-il rawnd ta’ votazzjonijiet, huwa kiseb 216-il vot favur u 212-il vot kontra. Dan in-nuqqas ta’ qbil wassal għal nuqqas ta’ funzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti, fil-fatt, bħalissa hemm staġnar ta’ funzjonijiet ewlenin fosthom l-iffurmar ta’ kumitati u anke ġuramenti ta’ membri ġodda. Kwistjoni bħal din kienet ilha ma tiġri 160 sena.
Sitt membri Repubblikani astjenew milli jivvotaw għal xi kandidat jew ieħor.
Ir-Repubblikan issa għandu t-tielet l-ogħla kariga fl-Amerika wara l-President u l-Viċi-President. Fil-fatt, l-Ispeaker jistabbilixxi l-aġenda tal-Kamra u jissorvelja x-xogħol leġiżlattiv.
Ritratt: Greg Nash