Ir-Repubblika Ċeka bdiet proċess biex teħles minn 80,000 tiġieġa minn razzett wara li l-ġimgħa l-oħra, il-pajjiż irreġistra xi każijiet ta’ bird flu tat-tip H5N1.
Minn 188,000 tajra fir-razzett, aktar minn nofshom mietu waqt il-festi tal-Milied u ftit jiem wara mietu tmint elef oħra.
Veterinarji qed jistmaw li sal-lum ser joqtlu l-bqija tat-tajr u ser jeqirdu madwar miljun bajda.
Fl-iSlovenja, pajjiż ġar tar-Repubblika Ċeka, ukoll ġew irrapportati xi każijiet ta’ bird flu tal-istess tip, dak tal-H5N1.
L-awtoritajiet Slovakki qalu li l-ewwel mewta kienet ta’ ċinju.
Razzett żgħir sab ruħu fi kwarantina wara li ġie identifikat każ ta’ bird flu u l-awtoritajiet ikkonfermaw li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.