Ir-Repubblika Ċeka se tkeċċi 18-il diplomatiku Russu dwar suspett li s-servizz tal-intelliġenza Russa kien involut fi splużjoni f’maħżen tal-armi lura fl-2014.
Il-Prim Ministru Ċek Andrej Babis qal li l-impjegati tal-ambaxxata Russa għandhom 48 siegħa biex jitilqu mill-pajjiż. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċek saħaq li din l-azzjoni se tiġi diskussa fil-laqgħa tal-ministri tal-Unjoni Ewropea li se ssir it-Tnejn.
Din l-azzjoni tista’ twassal biex ir-Russja tikkunsidra li tagħlaq l-ambaxxata tar-Repubblika Ċeka f’Moska.