Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jistgħu jgawdu minn relazzjonijiet speċjali grazzi għall-ftehim li ntlaħaq bejniethom dwar il-kummerċ Lejlet il-Milied. Dan qalu s-Segretarju għall-Kabinett Ingliż Michael Gove f’opinjoni f’ġurnal prominenti Ingliż.
Hawn żied jgħid ukoll li issa l-pass li jmiss hu li jibda jinkiteb kapitlu ferm aħjar bejn iż-żewġ partijiet.
Westminster mistenni jivvota dwar l-aħħar ftehim fit-30 ta’ Diċembru li ġej, 24 siegħa biss qabel ma jintemm il-perjodu tranżitorju ta’ Brexit.